Sunday, December 22, 2024

L-antiċiklun Afrikan se jerġa’ jintensifika wara Santa Marija

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar jiem il-poplu Malti u Għawdxi ħa nifs mis-sħana li ħakmet lill-Gżejjer Maltin fl-aħħar ġimgħat, b’jiem li matulhom kellna temperaturi ferm aktar baxxi, minn wara Santa Marija s-sitwazzjoni se terġa’ tinbidel.

Skont siti tat-tbassir tat-temp, l-antiċiklun Afrikan se jkun qiegħed jerġa’ jintensifika sewwa u għalhekk qegħdin nistennew temperaturi għoljin aktar mill-medja.

Bħal dan iż-żmien tas-sena wieħed ikun qed jistenna l-għerejjex ta’ Santa Marija li bil-mod il-mod jagħtu indikazzjoni li s-Sajf ikun beda jnaqqas mill-qawwa tiegħu.

Skont is-sit Aġġornament tat-Temp, din is-sena dawn l-għerejjex mhux se jseħħu matul il-ġimgħa li ġejja u s’issa ma hemmx indikazzjoni meta dawn jistgħu jseħħu. S’issa wkoll ma hemm l-ebda indikazzjoni li fil-ġimgħat li ġejjin se tgħaddi minn fuqna pressjoni baxxa u għalhekk ikollna l-ewwel ħalbiet tax-xita, u dan b’differenza mis-snin li għaddew hekk kif bħal dan iż-żmien jibda jkun hemm l-ewwel indikazzjoni.

Intant, issa ġie kkonfermat li Lulju kien l-aktar perjodu sħun madwar id-dinja. Dan ħareġ minn studju li ġie ppubblikat fl-Unjoni Ewropea. Minn din id-data ħareġ ċar kemm il-baħar għen biex f’Lulju kellna żieda qawwija fit-temperaturi.

Ekonomija

Sport