Saturday, November 23, 2024

L-anzjan li miet bil-Covid-19 nhar il-Ħadd li għadda ma kienx irriżulta pożittiv mit-test ta’ rutina wara li ddaħħal l-isptar

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa kkjarifika li l-anzjan ta’ 85 sena li miet nhar il-Ħadd li għadda kaġun tal-Covid-19 kien irriżulta negattiv għat-test li sarlu meta kien iddaħħal l-ewwel darba l-Isptar Mater Dei fid-9 ta’ Awwissu li għadda.

Huwa kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara li kien sarlu test ieħor fit-23 ta’ Awwissu li għadda wara li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar.

Il-Ministeru għamel din il-kjarifika wara li l-familja tal-anzjan ippubblikat stqarrija fejn insistiet li huwa ma kienx irriżulta pożittiv għall-virus mit-test li sarlu meta kien iddaħħal l-isptar għall-kura. Nhar il-Ħadd li għadda l-Ministeru għas-Saħħa kien qal li l-anzjan kien iddaħħal l-isptar fit-23 ta’ Awwissu li għadda u kien irriżulta pożittiv wara li sarlu test ta’ rutina kontra l-Covid-19 bħalma hija l-prassi.

Intant il-Ministeru qal li fis-sala fejn kien qiegħed l-anzjan, li uwa t-t12-il vitta tal-virus f’pajjiżna, kien sar il-contact tracing neċessarju u ħadd mill-kumplament tal-pazjenti u l-istaff ma rriżulta pożittiv għall-Covid-19. 

L-anzjan kien ġie trasferit fl-IDU fl-24 ta’ Awwissu.

Sport