Saturday, November 23, 2024

L-anzjan li safa’ imbottat mill-Pulizija jsofri ħsara kbira f’moħħu

Aqra wkoll

Skont l-avukat ta’ Martin Gugino, l-anzjan ta’ 75 sena li l-ġimgħa l-oħra safa mbottat mill-Pulizija waqt protesta f’Buffalo, l-Istati Uniti, sofra, ħsara gravi f’moħħu.

Kollox beda meta grupp imdaqqas ta’ persuni bdew protesta paċifiku dwar ‘Black Lives Matter’ b’turija ta’ solidarjetà għall-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd, li nqatel kiesaħ u biered minn erba’ uffiċjali tal-Pulizija. F’mument minnhom, mingħajr ebda aġir ħażin jew irresponsabbli min-naħa ta’ Gugino, pulizija partikolari ddeċieda li jimbotta lill-anzjan.

Kawża ta’ dan, il-Kummissarju tal-Pulizija ta’ Buffalo ssospenda żewġ uffiċjali tal-Pulizija.

Sport