Anzjan ta’ 70 sena mistenni jitressaq il-Qorti akkużat fost oħrajn, se jkun akkużat bl-omiċidju ta’ Kyle Mifsud ta’ 33 sena minn Bormla.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 33 sena reisdenti Bormla miet fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u lbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Dan wara li l-Ħadd intlaqat b’tir f’żaqqu.
Il-każ seħħ wara argument bejn Mifsud u l-anzjan. Il-pulizija kompliet tinvestiga d-dinamika ta’ kif seħħ il-każ. L-anzjan ġie arrestat fl-akkwati ftit wara l-isparatura u l-pulizija sabet ukoll is-senter tal-kaċċa li allegatament intuża fl-isparatura.
Huwa mistenni jitressaq quddiem il-Maġistrat Abigail Critien.