Saturday, November 23, 2024

L-APATIJA… KRIŻI SILENZJUŻA

Aqra wkoll

Jekk wieħed ikollu jifli ftit is-soċjetà tagħna u l-attiviżmu fil-politika fl-aħħar snin malajr jinduna li dan naqas sew. Illum il-partiti qegħdin isibu inqas nies li lesti jmiddu jdejhom.

Inqas nies li lesti jikkontribwixxu b’idea u ħidma b’risq l-ideal li jkunu jemmnu fih. Hemm min jgħidlek li llum l-idea spiċċa. Hemm oħrajn li jgħidulek li dawk il-prinċipji ċari li kienu jiddefinixxu partit minn ieħor illum għebu u l-partit tant resqu lejn xulxin, li d-differenzi huma minimi jekk mhux ineżistenti.

Din l-apatija politika tinħass sew. Mhux biss tinħass imma rajniha ukoll tirrifletti ruħha fil-kandidati li kkontestaw għal elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u anke għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. L-apatija inħassew sew b’mod partikolari fejn jidħlu kandidati għall-kunsilli lokali. Qegħdin f’sitwazzjoni fejn in-nies qegħdin jitbiegħu mill-politika u mhux interessati jipparteċipaw fiha.

L-apatija llum hi mifruxa fuq kull settur tas-soċjetà ibda miżżgħażagħ, koppji żgħażagħ, il-klassi tan-nofs, dawk li jaqilgħuha u jikluha u fost l-anzjani.
Din l-apatija hi kriżi silenzjuża. Kriżi li ‘lquddiem jista’ jkollha effetti negattivi. Ma nistgħux ma nistaqsux din l-apatija li tant tinħass minn fejn hi ġejja?

Raġunijiet hemm diversi, imma wieħed ma jridx ifittex ħafna biex jinduna għaliex in-nies saru daqstant disinteressati u ma jridux jafu bil-politika. Din l-apatija tinħass anke fil-ħidma politika fil-lokalitajiet. Jidher li waħda mir-raġunijiet ewlenin għal din l-apatija f’pajjiżna hi d-diżappunt fost il-pubbliku.

Diżappunt għax stennew ħafna aħjar. Stennew li ħajjithom se tkompli titjieb. Stennew li l-kwalità talħajja se titjieb. Stennew li l-ambjent ta’ madwarhom
kien se jitjieb. U dan stennewh mhux għax dehrilhom hekk f’daqqa waħda. Stennewh għax xebgħu jisimgħu dikjarazzjonijiet mill-politiċi.

Xebgħu jisimgħu kliem ta’ kif għandha titjieb il-ħajja. Minkejja dan imma r-realtà għal ħafna ċittadini llum mhix dik li qegħdin jaraw titjib. Hemm min jargumenta li forsi ċ-ċittadini qegħdin jistennew ħafna? Qegħdin jistennew bidliet ta’
malajr?

Qegħdin jistennew bidliet imma mhux jifhmu li bħalissa hawn problemi mhux żgħar li aħna imdawwrin bihom u għalhekk il-prijoritajiet jinbidlu? Jekk titkellem man-nies isemmulek mill-ewwel dak li qed idejjaqhom. Anzjan jgħidlek kif lanqas
għadu joħroġ minn daru.

Fi kliemu stess – “’il-ħajja saret infern’. Jekk ma noqgħodx attent il-pensjoni
taħrab”. Oħrajn jilmentawlek fuq l-infurzar. “Kemm se ndum nirrapporta storbju bil-lejl minn stabbiliment partikolari. Jiġi tmiem il-ġimgħa biex nistrieħ u
ma nkunx nista’. Tirrapporta kemm tirraporta għalxejn”. Oħrajn isemmulek il-konġestjonijiet ta’ traffiku.

Storbju u inkonvenjenzi minn xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Il-problemi kawżati mill-banek, li ħafna jħoss li donnu l-banek qegħdin jagħmlulek pjaċir li joffru servizz liċ-ċittadin iż-żgħir u lill-pensjonant. Ħafna huma dawk li spiċċaw iridu jmorru f’irħula fil-qrib biex jinqdew, waqt li għal servizz mill-bank iridu joqogħdu iċemplu u jagħmlu appuntament.

In-nies jistaqsuk fejn hu l-infurzar? Kif toroq kummerċjali f’xi postijiet tara karozzi f’nofs it-triq ftit passi bogħod minn għases imma l-infurzar ma jidher imkien? In-nies jistaqsu x’infurzar qed isir f’żoni turistiċi? Kif żoni turistiċi bħal Buġibba spiċċaw letteralment mandra?

Imbagħad oħrajn jilmentaw minn bankini perikolużi, ħitan perikolużi fit-toroq, arbli perikolużi u minkejja li jingħad li saru ilmenti dawn tħallew kif kienu. Dan hu d-diżappunt tal-poolu, diżappunt li qed jara li dak li stenna – l-aspettattivi tiegħu mhumiex jintlaħqu.

U agħar, l-istess poplu imbagħad ikun hemm min jgħidlu li ma jifhimx, għax igerger jew isabbat saqajh. U quddiem dan, l-apatija tkompli

Sport