Tuesday, December 24, 2024

L-appell ta’ Peppi Azzopardi biex biex jilqa’ immigranti f’daru jqanqlu reazzjonijiet imħallta

Aqra wkoll

L-appell li l-preżentatur Peppi Azzopardi għamel lill-Prim Ministru biex hu u familji oħrajn ikunu jistgħu jilqgħu immigranti fi djarhom wasslet biex qanqlet reazzjoni mħalltin.

Filwaqt li wħud, bħas-soċjologu Andrew Azzopardi, faħħru l-appell ta’ Peppi u saħqu li din l-inizjattiva hija simbolu konkret ta’ kif għandna nġibu ruħna bejn xulxin, oħrajn bħall-eks-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Marlene Mizzi qalu li minkejja l-intenzjonijiet nobbli dawn iż-żminijiet ikkaratterizzati mill-pandemija tal-Covid-19 jitolbuna biex niffaċċjaw ir-realtà, u li s-soluzzjoni ma tinstabx f’li diversi persuni jilqgħu fi djarhm għexieren ta’ immigranti li jiġu salvati.

L-MPE Mizzi qalet li NGOs għandhom jinvestu l-isforzi tagħhom biex jinformaw lill-immigranti biex ma jħallsux mijiet ta’ dollari lit-traffikanti u jpoġġu ħajjithom u ħajjet familthom f’periklu.

“Malta hija gżira żgħira b’qalb kbira, iżda ma tistax – u m’għandhiex – tiffaċċja waħedha l-problema ta’ miljuni ta’ immigranti li lesti jaqsmu lejn l-Ewropa.”

Fil-filmat li kien ippubblika fuq il-midja soċjali, Peppi Azzopardi kien appella lill-poplu biex iċemplulu jew jibagħtulu messaġġ privat biex dawn il-familji ma jitħallewx bejn sema u ilma.

Huwa tenna li ladarba dawn l-immigranti jiġu ċċertifikat mill-awtoritajiet tas-saħħa li huma b’saħħithom, dawn għandhom jitħallew jibgħu hawn u b’hekk nitgħallmu minn xulxin f’ċirkostanzi ta’ kwarantina.

Ekonomija

Sport