Tuesday, December 24, 2024

L-appelli u l-infurzar jidher li għenu biex fl-aħħar sigħat ġew evitati inċidenti tat-traffiku

Aqra wkoll

Lejlet il-Milied u matul il-ġurnata tal-Milied fortunatament kienu mill-inqas l-inċidenti rappurtati u dawk li ġarrbu ġrieħi fihom. 

Meta mistoqsi minn dan is-sit aktar kmieni, kelliem għall-pulizija qalilna li matul il-lejl jidher li s-sewwieqa kkoperaw ferm u li l-maġġoranza tagħhom obdew ir-regolamenti tat-traffiku. Dan wassal biex ġew evitati ċertu inċidenti u saħansitra diżgrazzji li ġieli kellna fil-passat f’dan iż-żmien.

F’kummenti lil Talk.mt aktar kmieni din il-Ġimgħa l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qalilna li l-infurzar huwa parti importanti ħafna mit-tħejjija tal-forzi tal-ordni biex kemm jista’ jkun jiġu evitati l-inċidenti tat-traffiku. Huwa qal li minbarra kampanja edukattiva fuq it-televiżjoni u anke l-midja li turi anke l-konsegwenzi koroh ta’ dawk li jsuqu taħt l-effetti tal-alkoħol, l-infurzar kien se jkun qiegħed jiżdied.

Xhieda ta’ dan kienu l-ispezzjonijiet li saru lbieraħ f’diversi lokalitajiet fejn hu stmat li mal-560 vettura ġew imwaqqfa minn uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ dawk mill-Forzi Armati.

Ekonomija

Sport