Saturday, December 21, 2024

“L-applikazzjonijiet ta’ ċittadini Russi mhux se jieqfu għax l-gvern m’għandux ideat kif iġib il-flus”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Nafu kif se nkunu qegħdin niżviluppaw l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż. Se nkunu qed ninvestu €1 biljun għal għaxar setturi ekonomiċi ġodda. Ħaddieħor m’għandux idea minn fejn iġib il-flus”, sostna Bernard Grech mil-lokalità ta’ Ħad-Dingli.

Grech qal li hu qal b’mod ċar li għandu jitwaqqaf il-bejgħ taċ-ċittadinanza liċ-ċittadini Russi li qegħdin jiġu f’pajjiżna u qegħdin jpoġġu dubju dwar is-sigurtà ta’ pajjiżna.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla biex jgħid li d-dubju huwa biżżejjed u ma nistgħux nissugraw. Minkejja dan huwa żied jgħid li l-gvern ikkonferma li mhuwiex se jwaqqaf l-applikazzjonijiet ta’ ċittadini Russi għaliex m’għandux ideat minn fejn iġibu l-flus biex jinvestu fl-ekonomija ta’ pajjiżna.

Grech qal li l-Partit Nazzjonalista huwa lest bi pjan ċar mhux biss għall-kampanja, iżda biex wara s-26 ta’ Marzu jmexxi l-pajjiż u jagħmel suċċess kbir minnu.

Ekonomija

Sport