Saturday, January 17, 2026

L-aqwa sena għas-suq tal-proprjetà fl-istorja – xiri li ammonta għal kważi €4 biljun

Aqra wkoll

Is-sena li għaddiet inxtraw b’madwar €4 biljun f’proprjetà residenzjali f’pajjiżna. Din hija somma rekord, hekk kif ix-xiri ta’ proprjetà fl-2025 żdied bi kważi €439 miljun, jew bi 12%.

Il-valur ta’ proprjetà mixtrija s-sena li għaddiet kien kważi d-doppju tal-ammont osservat fl-2020 fl-eqqel tal-pandemija. Grazzi għall-miżuri li introduċa l-Prim Ministru Dr Robert Abela, is-suq tal-proprjetà rkupra bil-qawwi mill-kriżi ta’ żmien il-pandemija, u sar mill-ġdid mutur ekonomiku. Fil-fatt, fl-2021, il-bejgħ ta’ proprjetà kien tela’ għal €3.2 biljun, tkabbir fenomenali speċjalment meta f’pajjiżi madwarna s-suq tal-proprjetà kien ikkollassa.

Fl-2025 ġew iffirmati kważi 13,400 kuntratt ta’ xiri, jew aktar minn 1,100 kuntratt fix-xahar. Minbarra dan, il-prospetti ta’ bejgħ issodaw anke b’rata akbar. Dan hekk kif fl-istess perjodu ġew iffirmati 14,600 konvenju, żieda ta’ kważi elf konvenju fuq is-sena ta’ qabel.

L-aqwa xahar fl-2025 kien propju Ottubru meta saru kważi 1,300 kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà. Dan kien ammont biss ftit anqas mix-xahar rekord ta’ xiri ta’ Diċembru 2021, meta kien mistenni li jieqfu skemi speċjali ta’ tnaqqis fil-boll. Dakinhar kienu ġew iffirmati 1,400 kuntratt.

L-aktar lokalità li fih sar xiri ta’ proprjetà kien San Pawl il-Baħar, fejn inxtraw aktar minn elf proprjetà residenzjali. F’Għawdex inxtraw kważi 1,700 proprjetà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport