Saturday, September 14, 2024

L-aqwa żewġ baqriet tal-AgriFair twieldu f’pajjiżna

Magħrufin ir-rebbieħa fil-kategoriji kollha tal-baqar esebiti fl-AgriFair

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mal-50 baqra lbieraħ tressqu biex jiġu ġġudikati minn żewġ professjonisti Ġermaniżi li nġiebu apposta biex jiġġudikaw dawn il-baqar fl-akbar wirja agrikola ta’ pajjiżna, l-AgriFair. 

Il-wirja kienet maqsuma f’erba’ kategoriji, li jiġbru fihom l-iktar razez importanti fil-produzzjoni tal-ħalib. Tressqu l-ewwel il-baqar tar-razza Jersey, li hi l-iżgħar razza tal-ħalib fid-dinja, warajhom ir-razza Brown Swiss, segwiti mir-razza tal-Ħomor magħrufin bħala Red Holstein, imbagħad intemmet il-wirja bl-aktar razza komuni dik tas-suwed u bojod, il-Black and White Holstein.

Kull kategorija imbagħad kienet maqsuma fi tliet klassijiet –  il-baqar li welldu darba, dawk li welldu darbtejn u dawk li welldu tliet darbiet jew iktar. Minn kull klassi, ntgħażlu l-aqwa żewġ baqriet sakemm minn fost dawn imbagħad ntgħażlu l-aqwa u t-tieni l-aqwa minn fost il-baqar kollha fil-wirja.

Ir-rebbieħa tal-kategoriji kollha:

KategorijaIsem sid il-baqra
Jersey ChampionMatthew Calleja
Jersey Reserve ChampionAnthony Axisa
Champion Brown SwissChristian Borg
Reserve Champion Brown SwissChristian Borg
Champion Red and White Christian Borg
Reserve Champion Red and WhiteChristian Borg
Champion Black and WhiteChristian Borg
Reserve Champion Black and WhiteChristian Borg
Grand Champion Christian Borg
Reserve Grand Champion Christian Borg
Vince Parnis/ Ritratti: Alan Saliba

Dan is-sit tkellem mal-Farm Service Manager tal-KPH Vince Parnis li qalilna li sodisfatt immens bil-livell li ntlaħaq f’din il-wirja. Barra minn hekk, huwa xtaq jiċċara li l-aqwa żewġ baqriet tal-wirja huma żewġ baqriet imwielda f’pajjiżna minn tagħmir artifiċjali impurtat mill-Amerika mill-istess KPH.

Ekonomija

Sport