Fir-rigward tad-disputa tal-gvern kontra l-kuntrattur taċ-Ċentru Ċensu Moran f’Raħal il-Ġdid, id-deċiżjoni tal-Arbitru Internazzjonali tat raġun lill-gvern.
Filwaqt li t-talba tal-kuntrattur kienet tiżboq iċ-ċifra ta’ €18-il miljun, l-Arbitru kkonferma li s-somma li effettivament fadal titħallas tammonta għal nofs miljun ewro. Id-deċiżjoni tal-Arbitru tagħti kredibilità lill-għaqal tal-gvern, li ttermina l-kuntratt u kkontesta bil-qawwi ċ-ċifri mitluba mill-kuntrattur. Dan fl-interess nazzjonali u f’ġieħ l-onorar tal-obbligi li saru fil-kuntratt.