Saturday, October 26, 2024

L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ f’Lourdes

Aqra wkoll

L-Arċisqof Charles Scicluna ħalla Malta t-Tnejn filgħaxija, 18 ta’ Lulju 2022, għal
Lourdes fejn qiegħed imexxi pellegrinaġġ għall-morda. Dan hu d-90 pellegrinaġġ
annwali li qed torganizza l-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes
(UMTAL). L-Arċisqof hu akkumpanjat minn Dun Joseph Mizzi, id-direttur spiritwali
tal-UMTAL, kif ukoll minn Dun Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza.

Għal dan il-pellegrinaġġ qed jattendu 180 persuna: 55 pazjent, 65 pellegrin u 60
voluntier li jinkludu tobba, infermiera u spiżjara. Matul dawn il-jiem il-Maltin se jattendu diversi funzjonijiet reliġjużi, fosthom quddiesa bil-Malti fil-Grotta, l-Adorazzjoni Ewkaristika u l-purċissjoni ta’ filgħaxija magħrufa bħala l-Aux Flambeaux. Huma mistennija jaslu lura Malta nhar is-Sibt, 23 ta’ Lulju 2022.

Aġġornamenti dwar dan il-pellegrinaġġ qed jitilgħu kuljum fuq il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq Facebook.

Sport