Saturday, November 2, 2024

L-Arċisqof jappella liż-żgħażagħ Maltin sabiex jibqgħu jgħożżu l-valur tal-ħajja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-quddiesa bl-ewwel għasar tal-Milied u l-Vġili, li saret lejlet il-Milied fil-5:30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, l-Arċisqof tkellem dwar San Ġużepp, li għaraf il-valur tal-ħajja, kemm ta’ Marija kif ukoll tat-tarbija f’ġufha.

Mons. Arċisqof saħaq li l-Milied hu ċelebrazzjoni tal-ħajja: “Għandna ħafna nies intelliġenti li qed jagħjtu biex l-abort jiġi dekriminalizzat … Imma jiddispjaċini ngħidilhom: għandkom l-intelliġenza imma m’għandkomx l-għerf. Din mhijiex kwistjoni ta’ reliġjon, hi kwistjoni promordjali tar-rispett tal-ħajja mill-bidu imqaddes tagħha sat-tmiem imqaddes tagħha.

Ma nistgħux nibqgħu niċċelebraw il-Milied fil-ħolm romantiku tas-sħab imma rridu nifhmu li l-Milied huwa għanja tal-ħajja.” Huwa temm b’appell liż-żgħażagħ Maltin sabiex jibqgħu jgħożżu l-valur tal-ħajja.

Sport