Tuesday, May 20, 2025

L-Arċisqof jgħid li saċerdoti favur l-ewtanasja jkunu qed jonqsu minn dmirhom bħala ragħajja kattoliċi

Aqra wkoll

L-Arċisqof Charles Scicluna qal permezz ta’ post fuq il-midja soċjali li l-qassisin li jesprimu ruħhom favur l-ewtanasja qed jonqsu minn dmirhom bħala ragħajja Kattoliċi.

Mons. Scicluna qal li l-poplu ta’ Alla jistenna li jirċievi “dawl dwar il-verità tal-Evanġelju tal-Ħajja mill-Qassisin u l-Isqfijiet tiegħu.”

Stqarr li l-ewtanasja hija att intenzjonat biex itemm il-ħajja umana qabel it-tmiem naturali tagħha u għalhekk qassisin li jesprimu ruħhom favur ikunu qed jonqsu milli jonoraw id-dmir tagħhom bħala ragħajja Kattoliċi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport