Wednesday, December 18, 2024

L-Arċisqof jistitwixxi tliet seminaristi fil-Ministeru tal-Akkolitat

Aqra wkoll

Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Epifanija, l-Arċisqof Charles J. Scicluna llum istitwixxa tliet seminaristi fil-Ministeru tal-Akkolitat, li jfisser pass importanti fil-mixja tagħhom lejn is-saċerdozju.

It-tliet seminaristi huma Ian Diacono mill‑Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema, Gylan Camilleri mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn, u Clive Seychell mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof qal: “Għeżież seminaristi, il-Knisja llum tilqa’ t-talba tagħkom li inthom tiġu istitwiti akkolti. Tinsewx li intom, bil-mod il-mod, qed tiġu magħżula u msejħa biex tkunu qaddejja ta’ dan ir-ragħaj, li jħenn għad-dgħajjef u għall-fqajjar. Itgħallmu ersqu u komplu ersqu lejn il-Mulej Ġesù bħala dak li jħenn għalikom fid-dgħufija u l-faqar tagħkom. Hekk titgħallmu minnu x’iġifieri li tkun ragħaj li tagħti ħajtek għall-merħla.”

Dan il-pass importanti jfisser li bħala akkoliti r-rwol tagħhom huwa li jservu ta’ għajnuna lis-saċerdoti u lid-djakni filwaqt li jkompli bil-missjoni tagħhom li jħeġġu l-imħabba lejn l-Ewkaristija. 

Il-komunità tas-Seminarju tħeġġeġ lil kulħadd biex jitlob b’mod speċjali għal dawn is-seminaristi u għal żgħażagħ oħrajn li huma msejħa biex jimxu wara Ġesù fil-ħajja saċerdotali jew reliġjuża.

Ekonomija

Sport