Sunday, December 22, 2024

L-Arċisqof Scicluna jikkundanna l-l-Aħħar Ċena bid-drag queen tal-Olimpjadi

Aqra wkoll

F’xena mhux tas-soltu waqt il-ftuħ tċ-ċerimonja tal-Olimpjadi nhar il-Ġimgħa ittellgħet dik li diversi qed isejħu parodija tal-Aħħar Ċena billi protagonisti fiha kien hemm għadd ta’ drag queen.

Din ix-xena qajjmet bosta reazzjonijiet ta’ rabja, b’mod speċjali dawk li f’ħajjithom iħaddnu r-reliġjon kattoliku. Fost dawk li kkundannaw din ix-xena, wera l-fehma tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna.

F’kitba fuq il-pjattaforma X, Scicluna qal li minħabba din il-kwistjoni, ħass li kellu jikteb lill-Ambaxxatur Franċiż għal Malta, fejn esprima d-diżappunt tiegħu.

Ma kienx biss l-Arċisqof ta’ pajjiżna li kkundanna din ix-xena. Dan hekk kif si stqarrija, waqt il-Konferenza Episkopali tal-Isqfijiet Franċiżi ddiskrivew din ix-xena bħala waħda li tiżżufjetta bil-Kristjaneżmu

Ekonomija

Sport