Saturday, October 26, 2024

L-Arċisqof ta’ Malta jbierek l-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Aqra wkoll

Waqt żjara mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, l-Arċisqof ta’ Malta,  Charles J. Scicluna bierek l-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata. 

Din iż-żjara saret ftit ġimgħat qabel ikunu ffinalizzati l-kuntratti tal-bejgħ tal-ewwel tliet mija u tmenin qabar f’din l-estenzjoni l-ġdida. 

Mas-seba’ mitt qabar ieħor ser ikunu tlestew fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla. 

B’kollox din l-estenzjoni se jkollha elfejn, tmien mija u tmenin qabar ġdid, li wħud minnhom  għadhom jistgħu jinxtraw mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali. 

Tul dan il-proġett, li qed isir mill-konċessjonarju Campo Santo, sar ukoll xogħol ta’ restawr fuq  diversi statwi u żoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, filwaqt li x-xogħlijiet fuq il-kappella taċ-ċimiterju  mistennija jibdew fil-bidu tas-sena d-dieħla.

Sport