Wednesday, October 23, 2024

L-Arġentina jibqgħu l-ewwel fir-rankings tal-FIFA

Aqra wkoll

Ma kien hemm l-ebda kambjament fil-lista ta’ ranking li toħroġ il-FIFA kull tant żmien. Fil-fatt, it-tim ta’ Lionel Messi l-Arġentina għadha fl-ewwel post tal-klassifika mondjali bit-tieni post li hu okkupat minn Franza.

Dawn tal-aħħar saħħew it-tieni post u żiedu madwar 41 punt distanza fuq Brażil li jinsabu fit-tielet post.

L-istess Brażiljani iridu joqogħdu attenti mill-Ingliżi li ġejjin u lesti li jilħquhom għalkemm għalissa jinsabu fir-raba’ post. Sadanittant isegwu l-Belġju, il-Portugall u l-Olanda fost l-aqwa seba’ timijiet mondjali.

Sport