Arġentina ………………1
Arabja Sawdija ……….2
L-Arabja Sawdija wettqu waħda mill-akbar sorpriżi fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja meta għelbu lill-Arġentina bl-iskor ta’ 2-1 … biex ġeddew il-memorji tar-rebħiet tal-Istati Uniti fuq l-Ingilterra (1-0 – 1950), il-Korea ta’ Fuq fuq l-Italja (1-0 – 1966) u l-Alġerija fuq il-Ġermanja tal-Punent (2-1 – 1982).
L-Areġntina kellhom bidu tajjeb meta fl-10 minuta fetħu l- iskor minn penalty ta’ LIONEL MESSI li xeħet lill-goalkeeper avversarju fuq in-naħa l-ħażina. Dan wara li r-referee ra xi rregolaritajiet fil-kaxxa mill-freekick tal-istess Messi.
Imbagħad, l-Arġentini kellhom tliets goals permezz ta’ Messi (22) u Lautaro Martinez (27, 35) imħassra għal pożizzjonijiet ta’ offside.
Peró jekk it-team mill-Amerika Latina ta l-impressjoni li kien se jkompli jibbumbardja lil dak mill-Golf Għarbi, dawn tal-aħħar kellhom ideat oħra minħabba li dawru telfa f’rebħa għal sorpriża mill-akbar.
Din ir-rimonta bdiet fl-48 minuta meta Abdulelah Al-Malki xeħet cross li wasal għand SALEH AL-SHEHR li b’xutt qawwi xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.
Ħames minuti wara, l-Għarab skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta d-difiża mblukkat qasir mix-xutt ta’ Nawaf Al Abed bil-ballun jaqa’ għand SALEM AL DAWSARI li f’tarf il-kaxxa kkontrolla tajjeb, qabeż avversarju u b’xutt imdawwar xeħet il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka u lill-kamp tal-Arabja Sawdija f’dellirju ta’ ferħ.
Kienu inulti t-tenattivi ddisprati tal-Arġentini minħabba li l-iskor baqa’ ma nbidilx.
Arġentina: Emilano Martinez, Nicolas Tagliafico (Marcos Acuna 71), Nicolas Otamendi, Cristian Romero (Lisandro Martinez 59), Nahuel Molina, Leandro Paredes (Enzo Fernandez 59), Rodrigo De Paul, Papu Gomez (Julián Alvarez 59), Lionel Mess, Angel Di Maria, Lautaro Martinez – Coach: Lionel Scaloni
Arabja Sawdija: Mohammed Al Owais, Yasir Al Shahrani (Mohammed Al Burayk 99), Ali Al Bulaihi, Hassan Al Tambakti, Saud Abdulhamid, Salem Al Dawsari, Abdulelah Al Malki, Mohamed Kanno, Saleh Al Shehri (Sultan Al Ghannam 78), Salman Al Faraj, Firas Al-Buraikan (Nawaf Al Abed 45) (Abdulelah Al Amri 88) – Coach: Herve Renard
Referee: Slavko Vincic (Slovenja)
Assistenti: Tomaz Klancnik, Andraz Kovacic (Slovenja)
Ammoniti: M. Al Owais, A. Bulayhi, A. Abdulhamid, A. Al Malki, A. Al Dawsari, N. Al Abed (AS)