Friday, December 20, 2024

L-armata Indjana ssalva raġel li kien ilu 48 siegħa maqbud fuq muntanja mingħajr ikel u xorb

Aqra wkoll

Xabbaturi tal-armata Indjana rnexxielhom isalvaw lil trekker ferut li spiċċa maqbud f’parti wieqfa ħafna ta’ muntanja ġewwa l-istat ta’ Kerala. Dan ir-raġel kien ilu kważi 48 siegħa maqbud ma jistax jiċċaqlaq u mingħajr ikel u ilma. 

Il-każ seħħ hekk kif R Babu li għandu 23 sena żelaq u waqa’ waqt li kien qiegħed jixxabbat mal-muntanja flimkien ma’ tlett iħbieb tiegħu. Huwa spiċċa f’feħta żgħira ħafna fil-ġenb tal-muntanja. Qabel l-operazzjoni ta’ salvataġġ kien hemm tlett timijiet differenti ta’ xabbaturi li pprovaw isalvawh iżda dawn ma rnexxilhomx.  

Il-muntanja Kurumbachi hija għolja madwar 1,000 pied u hi magħrufa għall-partijiet wieqfa tagħha tant li x-xabbaturi ta’ spiss jiġu mwissija dwar il-perikli li jistgħu jsibu ma’ wiċċhom. 

Ekonomija

Sport