Thursday, December 26, 2024

L-Armata Libjana tieħu l-kontroll ta’ linja ewlenija minn fejn kienu jinġiebu l-provvisti militari għal Haftar

Aqra wkoll

L-Armata Libjana, taħt il-kmand tal-Gvern ta’ ftehim nazzjonali, qalet li ħadt kontroll ta’ linja ewlenija ta’ provvista għall-qawwiet ta’ Khalifa Haftar li kienet tintuża biex jiġu ttrasferiti ġellieda u apparat militari lejn Tarhouna u lejn in-nofsinhar ta’ Tripli. 

L-uffiċċju tal-midja tal-Operazzjoni Volcano of Rage qal li l-forzi tal-Gvern ħatfu t-triq ta’ 350 kilometru bejn in-nofsinhar u l-Punent tal-Libja li kienet tintuża mit-truppi ta’ Haftar biex iġibu l-apparat militari tagħhom għall-gwerra fi Tripli. 

Din it-triq tibda mir-raħal ta’ Al-Shuwairif u tmur lejn tliet direzzjonijiet lejn Nessma, Marssit u Garyat. Minn hemm imbagħad tmur lejn Bani Walid, Tarhouna u lejn in-nofsinhar ta’ Tripli. 

Din l-aħbar waslet hekk kif jista’ jkun hemm operazzjoni militari għaddejja biex jinħatfu Sirte u Jufra, filwaqt li l-qawwiet ta’ Haftar u dawk li jappoġġjawh qed jitolbu li jerġgħu jibdew id-diskussjonijiet biex jintleħaq ftehim u jieqfu l-attakki. 

L-Eġittu, Franza u l-Emirati Għarab Magħquda qegħdin iżidu l-isforzi diplomatiċi tagħhom biex jieqfu l-attakki. 

Ekonomija

Sport