Monday, April 6, 2026

L-armata Niġerjana ssalva 31 persuna wara li nżamm ostaġġi fi Knisja fl-Għid il-Kbir

Aqra wkoll

L-armata Niġerjana lbieraħ salvat 31 persuna wara attakk fuq Knisja fejn il-persuni li kien hemm jiċċelebbraw l-Għid il-Kbir inżamm kollha ostaġġi.

Iżda waqt l-attakk li sar fuq il-Knisja ta’ Ariko, ħames persuni nqatlu minn persuni armati li daħlu fil-knisja u beda jisparaw fuq in-nies.

L-armata qalet li t-truppi tagħha kellhom ġlieda kbira mal-persuni li wettqu dan l-attakk. L-istess persuni li wettqu l-attakk ħarbu minn fuq il-post u ħallew lin-nies li kienu qegħdin iżomm ostaġġi fil-knisja.

Hija xi ħaġa komuni ħafna fin-Niġerja li jinħatfu persuni, imbagħad il-persuni li jkunu wettqu l-attakk jitolbu flus kbar biex jeħilsu lill-ostaġġi tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport