Friday, November 15, 2024

L-armata tal-Pakistan tkeċċi tliet uffiċjali wara l-protesti f’Mejju li għadda

Aqra wkoll

L-armata tal-Pakistan keċċiet tliet uffiċjali għolja għall-imġiba tagħhom waqt protesti li saru wara l-arrest tal-eks Prim Ministru Imran Khan f’Mejju li għadda.
L-avviż li ħareġ ma semmiex min kienu l-uffiċjali, iżda ntqal biss li dawn naqsu milli jipproteġu l-proprjetajiet tal-armata.

Is-Sur Khan ġie arrestat fuq akkużi ta’ korruzzjoni, li wassal għal inkwiet madwar il-pajjiż kollu. Eluf ta’ partitarji tiegħu daħlu fil-bini militari madwar il-pajjiż u tawhom in-nar inkluż id-dar tal-ġeneral tal-armata.

Minn tal-inqas tmien persuni mietu f’dawn il-protesti filwaqt li aktar minn 5,000 persuna ġew arrestati wara l-inċident, għalkemm il-parti l-kbira tagħhom ġew rilaxxati aktar tard.

Iżda aktar minn 100 persuna, inklużi dawk ċivili, għaddejjin ġuri fil-Qorti Miliari wara żewġ inkjesti mmexxija minn ġenerali maġġuri. “Kellna nsiru nafu x’kien mar ħażin,” qal il-Maġġur Ġenerali Ahmad Sharif Chaudry waqt konferenza stampa t-Tnejn li għadda fejn tħabbru t-tkeċċijiet tal-uffiċjali.

Huwa żied jgħid li 15-il uffiċjal ieħor ġew ikkastigati. Qal li diversi qraba, inkluż nisa, ta’ uffiċjali tal-armata huma fost dawk li qed jistennew li jgħaddu talli allegatament għenu jew assistew waqt li kienet qiegħda ssir il-vjolenza.

Ekonomija

Sport