Saturday, December 14, 2024

“L-armata Ukrena f’Mariupol tinsab f’xifer il-mewt”

Aqra wkoll

Il-mexxej tas-suldati Ukreni li jinsabu f’battalja kontra r-Russi f’Mariupol, Serhiy Volynskyi, f’filmat li xerred fuq il-midja soċjali l-lejl li għadda qal li r-Russi għandhom vantaġġ kbir fuq l-Ukreni minħabba li: l-armata Russa hija bil-wisq ikbar minn tagħhom — 10 suldati Russi għal kull suldat Ukren, u li r-Russi għandhom armamenti iżjed b’saħħithom. Huwa ddikjara li f’din it-taqbida tilfu ħajjithom kemm is-suldati kif ukoll xi residenti u s’issa ndarbu iktar minn 500 suldat flimkien ma’ mijiet ta’ ċittadini, fosthom nisa u tfal.

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, huwa appella sabiex il-pajjiżi tal-Punent jagħtuhom l-għajnuna meħtieġa u saħaq li “Dan l-appell jaf ikun l-aħħar wieħed li għamilna” hekk kif qed jinħakem mill-biża’ li s-suldati Ukreni li jinsabu taħt it-tmexxija tiegħu ma fadlilhomx wisq ħajja. Probabbilment din il-biża’ qed titnissel mill-fatt li r-Russi daqt jiksbu l-kontroll assolut ta’ Mariupol; l-unika parti li għadha “fil-kontroll” tal-Ukreni hija l-impjant tal-azzar ta’ Azovstal.

Skont rapporti li saru lbieraħ filgħaxija, il-Ministru għad-Difiża Russa ta ultimatum lis-suldati Ukreni li qed jieħdu sehem f’din it-taqbida, fejn qalilhom li jew iċedu jew inkella jkollhom jaffaċċjaw il-konsegwenzi.

Ekonomija

Sport