Wednesday, December 25, 2024

L-ASA tospita l-ewwel time trial għall-istaġun 2022/23

Aqra wkoll

L-ASA ospitat l-ewwel time trial għall-istaġun 2022/23 nhar is-Sibt li għadda fil-pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq.

L-avveniment laqa’ 137 rġiel u 159 nisa li jirrappreżentaw disa’ klabbs lokali. Total ta’ 561 avveniment individwali u 35 ta’ relay ġew sottomessi u l-avveniment kien segwit minn folla mdaqqsa fuq l-istands tal-ispettaturi.

Apparti numru sabiħ ta’ ħinijiet personal best minn diversi għawwiema, waqt l-avveniment, Ella Fenech Attard stabbiliet żewġ rekords ġodda ta’ Age Group B. L-ewwel rekord ġie stabbilit fl-avveniment tal-100m Butterfly. Hija għelbet ir-rekord preċedenti li kienet stabbiliet aktar kmieni din is-sena fi Frar, ir-rekord il-ġdid kien 01:09,91. Fenech Attard kompla jistabbilixxi rekord ieħor ta’ Age Group fl-avveniment tat-800m freestyle. Anke f’dan il-każ, hija għelbet ir-rekord tagħha stess, stabbilit f’Marzu 2022 biex tirreġistra ħin ġdid ta’ 10:09,16.

“Dan l-istaġun huwa wieħed importanti ħafna hekk kif nersqu eqreb lejn il-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsir f’Malta f’Mejju tas-sena d-dieħla. B’ħafna atleti għandhom dawn il-Logħob fil-vista, dawn it-trials huma avvenimenti ewlenin fil-kalendarju kompetittiv tagħhom”, irrimarka l-president tal-ASA, Joe Caruana Curran.

It-time trials li jmiss se jsiru nhar is-Sibt 12 ta’ Novemberu, fis-2.00 pm.

Ekonomija

Sport