Sunday, December 22, 2024

L-assi tal-oligarka Alisher Usmanov iffriżat mill-UE

Aqra wkoll

Il-biljunarju Russu, Alisher Usmanov, li għandu rabtiet kummerċjali ma’ Everton, kellu l-assi tiegħu ffriżati mill-Unjoni Ewropea hekk kif din ħabbret aktar sanzjonijiet b’reazzjoni għall-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna.

Ir-restrizzjonijiet jinkludu “projbizzjoni milli jsiru disponibbli fondi” u projbizzjoni tal-ivvjaġġar tal-Unjoni Ewropea.

Il-kumpanija USM Holdings ta’ Usmanov tisponsorja l-ground tat-taħriġ ta’ Everton.

Usmanov għandu wkoll għażla esklussiva ta’ drittijiet li jsemmu l-isem fuq l-istadium il-ġdid ta’ Everton.

Is-sid ta’ Everton, Farhad Moshiri, huwa ċ-chairman ta’ USM Holdings.

Għadu mhux ċar x’effett, jekk ikun hemm, jista’ jkollha l-mossa fuq Everton. Il-club ġie kkuntattjat għal kummenti.

Fir-raġunament tiegħu, il-Kunsill tal-UE qal: “Alisher Usmanov huwa oligarka favur il-Kremlin b’rabtiet partikolarment mill-qrib mal-president Russu, Vladimir Putin”.

L-UE żiedet tgħid li huwa “appoġġa b’mod attiv materjalment jew finanzjarjament lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Russi res­ponsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-des­tabilizzazzjoni tal-Ukrajna”.

Ekonomija

Sport