Chelsea u Bayern Munich bħalissa qegħdin f’laqgħat intensivi sabiex l-assistent kowċ Anthony Barry jħalli Stamford Bridge u jmur fl-Allianz Arena sabiex jerġa’ jingħaqad mal-kowċ Thomas Tuchel.
Kien l-eks kowċ ta’ Chelsea u Borussia Dortmund stess li reġa’ jrid miegħu lil Barry li skont hu ħadem sew miegħu fiż-żmien meta kien mal-Blues.
Min-naħa tiegħu, Barry jixtieq imur fi Munich għal esperjenza ġdida.