Wednesday, November 5, 2025

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball b’sejħa pubblika għal kors ta’ taħriġ għall-coaching tat-tieni livell    

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball ħabbret sejħa pubblika (EOI) għal kors ta’ taħriġ għal coaching tat-Tieni Livell (2) li huwa ppjanat li jseħħ f’Jannar 2026.

Dan il-programm ta’ taħriġ dettaljat se jinkludi taqsimiet ippreżentati minn esperti tal-Federazzjoni Ewropeja tal-Handball (EHF), id-Direttur Tekniku tal-Assoċjazzjoni kif ukoll kowċis ta’ esperjenza mill-qasam lokali.

Dan il-kors, li jifforma parti mill-inizjattivi tal-Assoċjazzjoni fil-kuntest tal-EHF Masterplan, għandu l-għan li jiżviluppa aktar il-kompetenzi tekniċi, tattiċi u maniġerjali meħtieġa biex wieħed jikkowċja f’livell avvanzat.

Waqt li tkellem dwar din l-inizjattiva, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball, Daniel Tabone, qal: “L-Assoċjazzjoni qed tkompli taħdem biex tiżviluppa aktar kowċis ikkwalifikati, għax dan huwa essenzjali biex titjieb il-kwalità tal-komunità tal-handball f’Malta. L-investiment fl-edukazzjoni tal-coaching isaħħaħ il-pedamenti tal-isport tagħna u jappoġġja tkabbir fit-tul fuq livell nazzjonali.”

Dawk interessati li jipprovdu dan it-taħriġ, jistgħu jirreġistraw l-interess tagħhom fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjażżjoni – https://maltahandball.com/category/news/ jew permezz ta’ dan il-link: https://forms.gle/iyJw7U2TjSWnKSrU9

L-Applikazzjonijiet għandhom jaslu lill-Assoċjazzjoni sal-14 ta’ Novembru 2025.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball tħeġġeġ lill-kowċis eliġibbli u dawk li jixtiequ jkomplu jiżviluppaw professjonalment biex jieħdu din l-opportunità u jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-iżvilupp tal-handball f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport