Wednesday, March 4, 2026

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey torganizza festival suċċess għat-tfal ta’ taħt l-10 snin

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey organizzat festival għat-tfal fil-kategorija ta’ taħt l-10 snin. Fil-fatt tliet timijiet minn White Hart, żewġ gruppi minn Marsaskala Heat u ieħor minn Floriana Young Stars ħadu sehem f’numru ta’ logħbiet li saru fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.

L-għan ta’ dan il-festival kien li t-tfal ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom f’dan l-isport filwaqt li jiġi aċċertat futur mill-isbaħ għal-logħba tal-hockey.

F’ġurnata mill-isbaħ, madwar 55 tifel u tifla kellhom iċ-ċans li jilagħbu dan il-logħob fi spirtu soċjali ta’ ħbiberija.

Sadanittant festivals oħra fil-kategorija ta’ taħt l-10 snin se jsiru aktar tard dan ix-xahar kif ukoll f’April.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport