Saturday, November 9, 2024

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) tilqa’ l-inċentivi mħabbra mill-Gvern

Aqra wkoll

Ritratt: ALAN SALIBA

L-ACE laqgħet il-pjan ta’ riġenerazzjoni, b’mod partikolari l-estensjoni tas-sussidji fil-pagi għal stabbilimenti tal-catering sal-aħħar ta’ Settembru, is-sussidji fuq il-kera, liċenzji u l-ispiża tal-kontijiet u l-għotja tal-vouchers.   

L-Assoċjazzjoni qalet li dan se jservi ta’ stimolu li għandu jgħin biex inaqqas id-differenza mill-profitabilità u l-likwidità li ġew ikkawżati mill-pandemija. 

Spjegat li fost stħarriġ li għamlet fost il-membri tagħha ħarġu aħbarijiet pożittivi fejn fit-tieni ġimgħa ta’ operat minn mindu tneħħew il-miżuri restrittivi diġà kien hemm żieda fil-qligħ.

Sport