Saturday, October 26, 2024

”L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hija l-organu li twassal il-leħen tal-Kunsilliera u s-Sindki” -Mario Fava, President tal-AKL

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-bieraħ tnediet il-viżjoni strateġika nazzjonali għal Gvern Lokali għas-seba’ snin li ġejjin. Il-Viżjoni hija msejsa fuq ħames pilastri ewlenin li huma l-Governanza tajba u effettiva, riżorsi reġjonali għall-Kunsilli Lokali, lokalitajiet b’ambjent aktar nadif, Kunsilli Lokali viċin in-nies u l-prijorità diġitali fil-Gvern Lokali.

Dwar din il-viżjoni, Talk.mt tkellmet mal-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava, li qalilna li bħala assoċjazzjoni li tirrapreżenti l-kunsilli lokali, l-irwol tagħha huwa importanti minħabba li hija l-organu li twassal il-leħen tal-kunsilliera u tas-sindki, filwaqt li tara l-interessi tagħhom.

Fava żied jgħid li fit-tħaddim tad-demokrazija, il-poplu qed ipoġġi responsabbiltá akbar fuq il-kunsilliera. Din il-forma trid ssaħħaħ l-ħidma tal-voluntiera u l-kunsilli sabiex ikollhom sehem ikbar fid-deċiżjonijiet. Dan l-għan jintlaħaq jekk ikun hemm rieda politika u li naraw li d-deċizjonijiet li nieħdu ikunu jolqtu lin-nies sabiex din tkun ta’ suċċess ta’ dawk kollha involuti fiha.

Ritratt: Kunsill Lokali Malta

Sport