Sunday, May 5, 2024

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tniedi l-politika tagħha dwar l-abbuż mis-sustanzi 

Għodda f’idejn il-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali u l-membri eletti

Aqra wkoll

Fil-21 ta’ Diċembru li għadda, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, waqt attività li saret bejn il-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali u l-membri eletti, nediet strateġija ta’ politika għall-abbuż minn sustanzi, kemm legali kif ukoll illegali, u anki l-problemi li jġib miegħu l-logħob tal-azzard.

Din il-politika, ser tkun qed tintuża bħala għodda importanti mill-Kunsilli Lokali u Reġjonali fit-twettieq tax-xogħol tagħhom fil-komunitajiet.

L-użu ta’ sustanzi u logħob tal-azzard, speċjalment meta mhux taħt kontroll, jikkawżaw riskji ta’ saħħa li jaffettwaw diversi oqsma oħra bħal post tax-xogħol tal-individwu. L-għan ta’ din il-policy għalhekk huwa li joffri miżuri ta’ għajnuna lil dawk il-ħaddiema li potenzjalment ikunu għaddejjin minn problemi simili, kemm bħala abbuż kif ukoll bħala vizzju.

Dan se jwassal sabiex il-vittma’ jkollha min jifimha fuq il-post tax-xogħol u dawn tal-aħħar ikunu wkoll jafu kif għandhom jaġixxu u x’għandhom jagħmlu f’ċirkostanzi bħal dawn. Dan iwassal anki lill-vittma li ma toqgħodx lura milli titkellem, b’konsegwenza illi tiżola lilha nfisha u tispiċċa tħossha skomda fuq il-post tax-xogħol. Xi ħaġa li aktarx twassal jew għar-riżenja tagħha min jedda jew inkella tkeċċija għaliex ma jkunx qed jintlaħqu l-aspettattivi mistennija minnha.

Din il-policy mhix qed tħares jew tagħti soluzzjonijiet mgħaġġla li ma jwassalu imkien, iżda qed tħares lejn soluzzjonijiet fit-tul li jidħlu fil-fond sabiex verament il-persuna tinħeles mill-piż li tkun qed iġorr.

Huwa kruċjali li min iħaddem ikollu dan it-tip ta policies, bl-involviment anki tal-unions tal-ħaddiema, biex il-mizuri li jkun hemm bżonn jittieħdu jkunu komprenssivi u jħarsu l-interess ta’ kulhadd. Miżuri simili huma imperattivi specjalemtn fejn hemm vizzji ta’ logħob, uzu ta’ droga jew kull sustanza oħra u idealment għandhom ikunu fis-seħħ qabel ma jitfaċċaw l-ewwel kazi.

Biex policy bħal din titħaddem tajjeb huwa mehtieg tahrig biex l-ewwel ikun miftihem it-tifsira ta’ termini differenti, fosthom; Asetensjoni, abbuż, vizzju dipendenza, detox, droga, konsulenza u psikoterapija, ittestjar, emozzjoni u motivazzjoni, vizzju fejn jidhol logħob, trattament, dawk meqjusa bhala ‘harm reduction’ u withdrawal, fost l-ohrajn.

Il-fatturi li jwasslu għal dan

Sinjali assocjati mad-droga, abbuz mix-xorb u vizzju tal-logħob, jistghu ikunu ikkawzati jew aggravati minn fatturi ohra bhal; stress, u dan ghandu jkun sinjal ta’ indikazzjoni li kollega jew haddiem jista’ jkun li ghandu bidu ta’ problema.

Huwa krucjali li meta jkun hemm suspett, il-kaz jigi riferut lil membru tal-management. F’ cirkostanzi simili huwa gwidat li l-kumpaniji jappuntaw persuna jew persuni li jkunu kompetenti bizzejjed (professjonisti) sabiex ikunu jistghu jittrattaw mal-kaz u jghinu ‘l persuna. 

  • Fatturi oħra jinkludu imma mhux limitati biss għal;
  • Bidla radikali f’daqqa fl-attitudni tal-persuna
  • Nuqqas ta’ memorja biex jiftakar affarijiet bażiċi u normali
  • Attitudni aggressiva jew attitudni simili għal kull ħaġa ta’ xejn
  • Bidla f’daqqa u frekwenti fil-burdata
  • Xamm ovvja ta’ xorb meta persuna tkun qed titkellem miegħek
  • Jitħallew jiġru fuq il-post tax-xoghol affarijiet strambi jew relatati mal-użu tas-sustanzi
  • Nuqqas fil-produttività jew ħafna żbalji li mhux soltu wieħed kien jagħmel
  • Tibdil frekwenti fil-ħin ta’ dħul u ħruġ mill-post tax-xogħol
  • Zieda fit tehid ta’ leave tal-mard b’ mod frekwenti u qasir
  • Tkissir ta’ relazzjonijiet anki ma hbieb fuq il-post tax-xoghol
  • Bidla fid-dehra jew ilbies tal-persuna
  • Talbiet ghal self ta’ flus bi skuzi li jidhru genwini

Meta fuq il-post tax-xogħol jibdew jidhru dawn is-sinjali, aktar iva milli le, dik il-persuna possibilment tkun diġà daħlet fl-abbuż tax-xorb jew sustanzi oħra.

Fatturi ohra huma attribwiti mal-logħob abbuzziv tal-azzard. Dawn jistghu ikunu;

  • Tentattivi biex jisselfu flus
  • Talbiet biex wiehed jiehu parti mis-salarju tieghu qabel iz-zmien
  • Tindil fl-imgieba
  • Attitudni ta’ konfuzjoni u nuqqas ta’iffukar fuq it-tasks li jkollu
  • Rabja eċċessiva li aktarx tinbidel fi vjolenza verbali u imgieba aggressiva
  • Pusses ta’ biljetti tal-logħob li jithallew jigru fuq mejda jew post tax-xoghol
  • Xiri ta’ oggetti ta’ valur gholi li s-salarju ma jkunx jippermettih jew li l-persuna jkun ilu jitkellem fuqha minkejja dan in-nuqqas affordibbilta’
  • Kull konverzazzjoni tispicca dejjem ddur fuq il-logħob.

Benefiċċji għal min iħaddem

Apparti l-vantaġġ u l-benefiċċju għall-individwi li jkollhom l-għajnuna sabiex jiffaċċjaw il-problema li jkunu fiha, min iħaddem jista’ jgawdi minn benefiċċji ohra meta jintroduci ‘policy’ simili fuq il-post tax-xoghol, bhal;

  • Problema sabiex issib, taghllem u thaddem nies godda sabiex jiehdu post dak il-persuna fil-vizzju li minghajr ghajuna, jkollu jhalli l-post tax-xoghol.
  • Tigi mharsa l-esperjenza tal-persuna li sakemm dahlet fil-vizzju, kienet efficcjenti u l-esperjenza taghha hija utli ghax-xoghol li taghmel,
  • Taghti serhan ‘il mohh lil haddiema l-ohra li jaraw li l-operat, il-policy u l-ghajuna li tinghata lil shabhom qed iwasslu ghal post tax-xoghol aktar sigur u li huma wkoll se jsibu l-ghajuna f’ cirkostanzi simili u ma jibzghux jitolbu l-ghajuna ghax ikunu assistew ghal episodji ta’ success,
  • Tnqaais fir-rata ta’ incidenti, skont in-natura tax-xoghol minhabba l-influwenza tas-sustanza,
  • Xzieda fil-produttivita f’ perjodu fit tul
  • Sens ta’ appartenenza mill-impjegati ghaliex ihossuhom li min ihaddimhom jinteresshom mill-benessere taghhom u mhux biss li jaghtu l-gurnata tax-xoghol taghhom

Dawn u ohrajn huma hafna mill-beneifccji li min ihaddem igawdi minnhom meta u jekk jaghraf il-bzonn ghal thaddim ta’ politika simili fuq il-post tax-xoghol.

Obbligi legali

Min iħaddem irid jassigura wkoll li jifhem l-obbligi legali tieghu lejn l-impjegati. Ir-regolamenti ta’ sahha u sigurta fuq il=post tax-xoghol iridu jibqghu jigu mharsa u bl-enda mod ma jfisser li policies simili jistghu jew ghandhom jiehdu post regolametni legali dwar ix-xoghol, fis-settur partikolari li jkun qed jahdem fih.

Għaldaqstant, filwaqt li min ihaddem huwa nkoraggit li jkollu tali policies fis-sehh, irid jara’ li kull regolament relatat mas-sahha u sigurta’ jigu mharsa f’ kull hin. (Employment and Industrial Relations Act Chapter 452 tal-ligijiet ta’ Malta.

L-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

L-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ssieħbet ma’ Sedqa, l-aġenzija nazzjonali kontra d-droga, l-abbuż mix-xorb u l-problemi tal-logħob tal-azzard, sabiex stabbilixxiet il-policy tagħha f’dan ir-rigward. Fejn apparti l-metodoloġija kif din titħaddem, saru diskussjonijiet ukoll kif din għandha tiġi implimentata u minn min, sabiex kulħadd ikollu għarfien ċar tal-obbligi tiegħu biex din tkun suċċess.

Meta dan ġie stabbilit, saret konsultazzjoni sħiħa mas-Sindki, Kunsilliera, ħaddiema tal-Kunsilli Lokali, Segretarji Eżekuttivi, Union tal-ħaddiema u d-diviżjoni għall-Gvern Lokali, sabiex ikun hemm input minn kulħadd u nassiguraw li kull eventwalità possibilment ġiet indirizzata. 

Jiddependi mir-responsabbilta u rwol, kull persuna ser tkun qed tinghata t-tahrig mehtieg u necessarju sabiex kull Kunsill Lokali jkollu l-ghodda mehtiega sabiex jittratta u jiffaccja kazijiet bhal dawn. Dan mhux biss ghal haddiema u membri eletti tal-Kunsilli Lokali imma wkoll ghal pubbliku ingenerali. Dan ghaliex mhux darba jew tnejn li haddiem jigi iffaccjat minn persuna b’ mod aggressiv gewwa l-binja tal-Kunsill sabiex tinqeda, li tkun ghaddejja minn problemi simili. Din l-ghodda ser tghin ukoll lil dwn il-haddiema sabiex ikunu jafu kif ghandhom jitrattaw f’ cirkostanzi bhal dawn u mhux biss ikunu ta’ ghajuna ghal persuna imma wkoll ma jispiccawx jghaddu minn trawma huma stess, bhal ma gieli gara’, minkejja li kienu kazijiet izolati.

Ghaldaqstnat, it-tahrig, proceduri li ghandhom jigu addottati u min min huma krucjali ghas-success ta’ din il-policy.

Servizzi addizzjonali

Barra dan, sa mill-bidu ta’ din is-sena, l-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali ser tkun qed toffri servizz gdid lil haddiema u membri eletti. Dan billi ser jibda jigi offrut servizz b’ xejn ta’ psikologisti f’ cirkostanzi li jkun hemm bzonn bhal membnri li jitilfu lil xi hadd fil-familja, stess fuq il-post tax-xoghol, problema f’ relazzjoni etc

Dan ghax nemmnu bis shih li r-rizorsi umani tal-Kunsilli Lokali huma l-perm principali li fuqhom ghandu jsir kollox. L-orgolju li wiehed jahdem bih huwa parti mis-success miksub, ghaliex meta tasal f’ dan il-livell, is-servizz offrut lir-resident ikun mizjud u ta’ success.

Konvint li dan, flimkien mal-policy msemmija, ser ikunu ta’ beneficcju kbir mhux biss ghal dawk li se jmissu maghhom b’ mod dirett imma ghal Gvern Lokali b’ mod generali.

Sport