Wednesday, October 8, 2025

L-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali Malta tħeġġeġ lill-pubbliku jingħaqad f’mixja ta’ solidarjetà u għarfien

Aqra wkoll

Il-Mental Health Association Malta (MHA Malta) qed tistieden lill-pubbliku jingħaqad magħha għall-avveniment annwali “Stronger Together: Walking for Mental Health”, li se ssir nhar il-Ħadd, 12 ta’ Ottubru 2025, bil-għan li jissaħħaħ l-għarfien u l-appoġġ lejn dawk kollha li qed jaffaċċjaw sfidi relatati mas-saħħa mentali.

Il-mixja tibda fl-10.00 a.m. mill-Funtana Tritoni fil-Belt Valletta, u tkompli matul Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ. Dan l-avveniment għandu l-għan li jiġbor lin-nies flimkien biex jippromwovi fehim, kompassjoni u azzjoni kollettiva favur is-saħħa mentali.

Fil-punt finali f’Pjazza San Ġorġ se jkun hemm:

• Stands ta’ informazzjoni minn diversi NGOs li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali

• Ilma, juice u tuffieħ b’xejn għal dawk kollha li jattendu

• Ambjent ta’ komunità, appoġġ u għaqda

Il-parteċipanti huma mħeġġa jilbsu flokk jew top aħdar, il-kulur internazzjonali li jirrappreżenta l-għarfien u t-tama f’saħħa mentali aħjar.

“Din il-mixja tfakkarna li ħadd m’għandu jaffaċċja sfidi ta’ saħħa mentali waħdu. Bħala komunità, irridu nkomplu nrawmu komunikazzjoni miftuħa u libera, inklużjoni u solidarjetà ma’ kull persuna u familja affettwata mill-mard mentali,” qalu l-Membri tal-Bord tal-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali Malta.

Permezz ta’ inizjattivi bħal din, MHA Malta tkompli tħaddem il-missjoni tagħha biex tippromwovi aċċess aħjar għal servizzi ta’ saħħa mentali ta’ kwalità, parteċipazzjoni akbar tal-familji fil-proċess ta’ kura, u rikonoxximent tal-appoġġ kruċjali li jipprovdu n-netwerks tal-familja u tal-komunità.

Dettalji tal-Avveniment:

Data: Il-Ħadd, 12 ta’ Ottubru 2025

Post ta’ Tluq: Funtana Triton, Valletta

Ħin: 10:00 ta’ filgħodu

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport