Friday, November 22, 2024

L-Assoċjazzjoni tat-Taxis il-Bojod hija mħassba dwar ir-rata ta’ aggressjonijiet li qegħdin iġarrbu xufiera

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tat-Taxis il-Bojod qalet li hija mħassba serjament minħabba r-rata ta’ aggressjonijiet li qegħdin iġarrbu xufiera fis-settur tat-trasport pubbliku, fejn matul iż-żmien għal varji raġunijiet, numru ta’ xufiera sfaw imweġġa’ serjament – xufiera kemm membri tal-Assoċjazzjoni, kif ukoll ta’ operaturi privati u kif ukoll dawk tal-bus service.

Dan intqal fi stqarrija li ħareġ l-Assoċċazzjoni fejn sostniet li s-sitwazzjoni mhijiex aċċettabbli.

L-istqarrija tkompli tgħid li “x-xufiera, bħal kwalunkwe ħaddiema oħra, joħorġu għal xogħolhom sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, u mhux sabiex joħorġu għall-ġlied jew biex jiġu msawta.”

B’referenza għal dak li ġara fit-22 ta’ Awwissu 2023 fejn xufier ieħor safa vittma ta’ aggressjoni gravi, l-Assoċċazzjoni qalet li l-Pulizija qiegħda taħdem fuq il-każ, però s’issa l-allegat aggressur għadu ma nstabx.

Sport