Friday, December 13, 2024

L-atleta Neil Agius jinsab fi triqtu lura lejn pajjiżna

Aqra wkoll

Fil-ħin li ġej, l-atleta Malti Neil Agius se jkun qed jirritorna f’pajjiżna minn Ibiża, wara li fl-aħħar jiem ħalla xtutna biex iwettaq sfida oħra fl-għawm li sfortunatament kellha tiġi fi tmiemha minħabba tingiż kontinwu mill-bram li kkawżalu diversi nfiħ f’partijiet f’ġismu.

Ħabbar dan Agius stess, f’kitba li qasam fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, fejn qal li issa illi ħa l-mistrieħ li kellu bżonn jinsab ħerqan biex jerġa’ jiltaqa’ mal-ħbieb u l-familjari.

Fl-istess waqt huwa fisser li matul dawn l-aħħar 10 xhur għadda minn esperjenza inkredibbli: “Filli kont qed ninvesti l-enerġija u l-ħin kollu possibbli biex nipprepara ruħi sew għall-isfida tal-100 mil, filli kelli nabbanduna t-tellieqa li kont bdejt minħabba l-ammont kbir ta’ bram li nġema’ madwari u li niġġiżni madwar 60 darba”.

Madankollu, huwa għalaq b’messaġġ pożittiv fejn saħaq li t-tir tiegħu qed ikompli jissaħħaħ u jinsab motivat iżjed minn qatt qabel biex ikompli l-kampanja tiegħu favur il-protezzjoni tal-ibħra.

Ekonomija

Sport