Tuesday, September 30, 2025

‘L-atleti għandhom dejjem jemmnu fihom infushom u ieħdu l-affarijiet bis-serjetà bis-sagrifiċċji kollha li tirrikjedi l-atletika’ – Charles Micallef

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Jien minn dejjem kont sportiv, meta waqaft mill-futbol dejjem xtaqt li nagħmel xi tip ta’ sport ieħor, il-ġiri minn dejjem kien jogħġobni u għażilt li nibda ‘long distance running’. Il-ġiri bdejtu fl-età ta’ 40 sena peró dejjem xtaqt li bdejt qabel.

X’suċċessi maġġuri rnexxielek tikseb s’issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Irbaħt diversi tlielaq fil-kategorija tal-età tiegħi, imma l-ikbar sodisfazzjoni huwa l-ħin tal-maratona li għamilt Valencia fl-etá ta’ 51 sena b’ħin ta’ 2:43:34 u dis- sena għamilt il-Maratona ta’ Seville fi Spanja u ntgħażilt ukoll biex nipparteċipa f’waħda mill-‘World Major Marathons’ li se ssir f’Mejju tas-sena d-dieħla fl-Afrika ta’ Isfel.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Nemmen li hawn talent kbir avolja r-riżorsi huma ħafna limitati. Meta tikkumpara ma’ barra minn Malta, l-livell għadu lura propju minħabba nuqqas ta’ fondi, riżorsi u atleti professjonali.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Fejn nitħarrġu huwa post limitat ħafna għax ħafna drabi jkollna niġru fit-traffiku b’dawk il-karozzi kollha biex tagħmel distanzi twal għax dan mhux possibli tagħmlu ġo track. Kważi kważi jkollok tmur barra minn Malta għal maratoni biex tieħu gost u tikkompeti internazzjonalment.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Nipprova nagħmel li nista’ fl-età li għandi u nitlob lil Alla jagħtini s-saħħa biex inkompli nikkompeti kemm lokalment u kemm barra minn Malta.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

Nixtieq ngħid lill-atleti li għandhom dejjem jemmnu fihom infushom, jieħdu l-affarijiet bis-serjetà bis-sagrifiċċji kollha li tirrikjedi l-atletika, u jżommu ‘l bogħod minn kull sustanzi jew vizzji ħżiena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport