Wednesday, November 27, 2024

L-atleti “inkwetati ħafna” minħabba każ pożittiv fil-post tal-organizzazzjoni tal-logħob

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni l-Olimpjadi ta’ Tokyo hija waħda ta’ tħassib u dan wara li wieħed mill-organizzaturi huwa l-ewwel persuna li rriżulta pożittiv fiż-żona waqt it-tħejjijiet ta’ dawn l-avvenimenti.

Dan il-każ, qiegħed jiġi studjajt filwaqt li l-persuna inkwistjoni jinsab f’iżolament għal 14-il ġurnata. Matul l-aħħar sigħat kien hemm 15-il persuna relatati ma’ dawn il-logħob li rriżultaw pożittivi.

L-organizzatur irriżulta negattiv mal-wasla tiegħu fil-Ġappun, iżda waqt test ieħor li sar fil-post li fih għaddejjin il-preparamenti huwa rriżulta pożittiv.

Aktar qabel l-organizzaturi qalu li l-post ta’ tħejjija kellu jkun “l-aktar post sigur”.

Il-kap tal-organizzaturi tal-logħob Olimpiku Seiko Hashimoto qal li dan kollu se jwassal biex probabbilment l-atleti li se jivjaġġaw lejn il-Ġappun jinkwetaw minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija.

Hashimoto sostna li filwaqt li qiegħed isir dak kollu possibbli biex jkun evitat it-tixrid tal-virus, f’każ ta’ żieda qawwija fil-każi se jkunu qed jassiguraw minn pjan sabiex jirrispondu mill-aktar fis.

Sport