Sunday, May 25, 2025

L-atleti Maltin jaslu Andorra għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Aqra wkoll

Il-kontinġent Malti ta’ atleti u uffiċjali kmieni dalgħodu ħalla Malta lejn Andorra sabiex jieħu sehem fl-edizzjoni li jmiss tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Il-logħob se jibda għada filgħaxija biċ-ċerimonja tal-ftuħ, filwaqt li l-kompetizzjonijiet jibdew it-Tlieta.

Il-kontinġent Malti huwa kompost minn 106 atleti, 53 uffiċjal, kowċis u staff mediku.

L-atleti Maltin se jikkompetu fil-Ġinnastika Artistika (5), Għawm Artistiku (3), Atletika (31), Basketball 3×3 (8), Ċikliżmu (13), Karate (8), Rugby 7s (12), Ġinnastika Ritmika (2), Sparar (3), Għawm (11), Table Tennis (6) u Tennis (6). Ix-Chef de Mission huwa Daniel Tanti Farrugia.

Fiċ-ċerimonja tal-ftuħ se jkunu qed iġorru l-bandiera maltija it-tenista Francesca Curmi u l-atleta Jared Micallef.

Il-pubbliku jista’ anke jsegwi b’xejn trażmissjonijiet ‘live’ minn Andorra permezz tal-link: https://anoc.tv

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport