Tuesday, April 8, 2025

‘L-atletika saret parti mir-rutina ta’ ħajti’ – Ronald Camilleri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
Nammetti li l-atletika qatt ma kienet f’moħħi għax dejjem kont inħobb il-futbol.
Darba minnhom kont mort nara lil kunjatu tiegħi f’xi tiġrijiet, u b’hekk bdiet l- imħabba tiegħi lejn l-atletika, u ta’ 37 sena bdejt nittrenja waħdi.
Wara sitt xhur ingħaqadt ma’ La Salle … kien qalli ħabib tiegħi Alexei Mifsud biex immur magħhom, u għamilt sena nittrenja magħhom.
Minn hemm kont ingħaqadt ma’ Evolve Endurance Club – tim b’ħafna atleti tajbin. Issa ilni madwar sitt snin magħhom taħt il-gwida tal-kowċ bravu Olandiż, Has Kesra. L-ewwel tiġrija tiegħi kienet Zabbar 5k lura fl-2017, fejn għamilt ħin ta’ 25.29, l-ewwel 10k 45.44, l-ewwel 21k 145, u darbtejn Full Marathon 254/258. 

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?  
Irbaħt diversi tlielaq li huma tal-kategorija fosthom Zabbar 5k 3rd male over 40 fl-2022; Welbees Mellieħa 5k 1st over 40 fl-2022; Gozo half marathon 1st over 40 fl-2022; MESA athletics 1st place overall; Pool run 5k 1st over 40; Best local athlete Zabbar fl-2023; Pool run 1st over 40 fl-2023; Maypole Zurrieq 5k 1st over 40 fl-2023; Malta Marathon 1st male team evolve fl-2024; Zabbar 5k 2nd over 40 fl-2024; Fastest 21k 2nd over 40 fl-2024; Eurosport BSJ Fleur de lys 10k 1st over 40 fl-2024; Caritas 5k 2nd over 40 fl-2024; Fastest 21k 3rd over 40 fl-2025; Maypole 5k 1st overall fl-2025 u Corsa 5k 1st over 40 fl-2025. Peró, l-iktar importanti għalija personali huwa li nibqa’ niġri u nitjieb fil-ħinijiet tiegħi.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Il-livell tal-atletika ġo pajjiżna mhux ħażin peró rridu aktar nies jitħarrġu ta’ kull etá, għax l-isport huwa tajjeb ħafna. Li forsi m’għandniex huwa fejn nittrenjaw biżżejjed, għax apparti trakka li ma tantx hawn, trid toqgħod attent fej tiġri fuq barra.  

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?
Fl-opinjoni tiegħi, kif diġá għidtlek apparti trakka hawn Malta ma tantx għandek fejn tiġri barra għax sar hawn wisq karozzi, allura trid toqgħod iktar attent fejn tagħmel dik is-siegħa ġiri, avolja jien iktar niġri ġewwa milli barra. Imbagħad darba trakka u long run u l-Ħadd fuq barra.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
Inħares dejjem ‘il quddiem li l-importanti nibqa’ nittrenja u ntejjeb il-ħinijiet tiegħi, u forsi nerġa’ nagħmel xi tiġrija barra minn Malta, u nigri iktar snin … dawk naħseb l-iktar importanti, u li żżomm ruħek fit.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
Inħeġġeġ lil dawk iż-żgħażagħ ta’ etá żgħira u anke kbar għax qatt mhu tard biex tibda tagħmel xi sport … m’hemmx għalfejn ġiri, illum hawn ħafna sports x’tagħżel, mela ibdew u taraw kif tħossukom. L-isport iżommok ‘il bogħod minn ħafna vizzji.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport