Tuesday, December 24, 2024

L-attivita kummerċjali baqgħet għolja minkejja l-pandemija

Aqra wkoll

Ir-rata tat-tkabbir annwali fl-attivita kummerċjali, għalkemm naqset xi ftit mil-livelli għoljin riċenti matul ix-xahar ta’ Novembru,  baqgħet iżda b’saħħitha hekk kif l-attivita ekonomika kompliet tirkupra mil-livelli baxxi reġistrati s-sena l-oħra.

Dan l-indikatur ħareġ mir-rapport aġġornat dwar il-qagħda ekonomika għax-xahar ta’ Diċembru ppublikat ilbieraħ mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

L-istess rapport jirreferi għall-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-fiduċja li juri li f’Novembru li għadda s-sentiment ekonomiku batta iżda baqa’ ferm ogħla mil-livelli tal-2020 u mill-medja storika.

L-istima tal-indiċi tar-rispons tal-Gvern għall-Covid-19 li jiġbor diversi miżuri ta’ trażżin u dawk relatati mas-saħħa pubblika li daħlu fis-seħħ b’reazzjoni għall-pandemija baqgħu fl-istess livelli reġistrati fit-tliet xhur ta’ qabel.

L-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol fil-perijodu li jkopri r-rapport naqas meta mqabbel ma’ Settembru iżda r-rata tal-qgħad għoliet marġinalment għal 3.6% f’Ottubru u baqgħet taħt il-livell ta’ qabel il-pandemija.

Fir-rigward tal-inflazzjoni, r-rata annwali bbażata fuq l-Indiċi Armoniżżat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kienet fil-livell ta’ 1.4% filwaqt li skond l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut telgħet għal 2.3%. Id-differenza bejn iż-żewġ metodi ta’ kejl għall-inflazzjoni tirrifletti l-aktar fatturi tekniċi relatati mar-reviżjoni tal-piżijiet tal-HICP fl-2021

Ekonomija

Sport