Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, fil-Belt Valletta, it-tim orgnaizzattiv tal-Partit Laburista ħa ħsieb jorganizza diversi attivitajiet sabiex ifakkar dan il-jum tant importanti.
Fost dawn kien hemm wirja ta’ karozzi fi Pjazza Tritoni u logħob u attivitajiet oħra għat-tfal fi Triq l-Ordinanza. Il-banda tal-Partit Laburista allegrat lin-nies bil-marċi brijużi tagħha madwar it-toroq tal-belt Kapitali.
Dalwaqt se jibda spettaklu fuq il-park li kien armat fil-pjazza ta’ quddiem il-Parlament bis-sehem ta’ Tiziana Calleja, Ritienne Azzopardi, Kylie Coleiro, Petra Zammit, Klinsmann Coleiro, Mike Spiteri, Fabrizio Faniello, Lawrence Gray u Mary Spiteri.
Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet se jintlaħaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela.