L-attur ta’ fama mondjani James Franco ammetta li kellu relazzjonijiet sesswali ma’ studenti li kienu jattendu l-iskola tiegħu tar-reċtar. Franco qal dan erba’ snin wara li kienu tressqu l-ewwel allegazzjonijiet ta’ mġiba sesswali ħażina fil-konfront tiegħu.
F’Lulju li għadda huwa kien qabel li jħallas is-somma ta’ $2.2 miljun wara li kien ġie mfittex bil-qorti minħabba ċertu mġiba sesswali fil-konfront ta’ studenti femminili.
Meta kien qiegħed jitkellem fuq The Jess Cagle Podcast, huwa qal li meta kien qiegħed jgħallem f’din l-iskola “raqad ma’ studenti, u dan kien ħażin.” Huwa saħaq li ma bediex din l-iskola bil-għan li jattira nisa għal skopijiet sesswali. James Franco saħaq li huwa baqa’ sieket għal dan iż-żmien kollu minħabba li, “kien hemm persuni li kienu ddispjaċuti bija u jien ridt nisma’.”