Sunday, December 22, 2024

L-attur Nicolas Cage jiżvela li l-aktar memorja bikrija tiegħu kienet fil-fatt fil-ġuf tal-omm

Aqra wkoll

Xi drabi jseħħu jew jingħadu affarijiet li bilkemm jitwemmnu. Waħda minn dawn l-okkazjonijiet strambi hija dak li qal l-attur magħruf Nicolas Cage li sostna li l-ewwel memorja tiegħu nnifsu kienet meta kien għadu f’ġuf ommu.

L-attur, li llum għandu 59 sena sostna dan waqt il-programm Late Show ma’ Stephen Colbert biex jippromwovi l-film il-ġdid tiegħu, Renfield.
Meta mistoqsi biex jaqsam mal-udjenza tal-progrmm l-aktar memorja bikrija tiegħu, l-ikona ta’ Hollywood qal li dak li kien se jgħid jinstema’ ‘il bogħod mir-realta u ma jafx jekk hux reali jew le, imma kultant jaħseb li jista’ mmur lura meta kien għadu fil-ġuf t’ommu u jħoss li hemm seta’ jara uċuħ.

Filwaqt li sostna li dak li qal jista jinstema’ astratt b’mod qawwi, iżda b’xi mod jidher li ġara.

Wara li l-preżentatur talbu jiċċara, Cage kompla li issa li m’għadux fil-ġuf jimmaġina li forsi kienu vibrazzjonijiet vokali li kienu qed jirresonaw għalih f’dak l-istadju.

Nicholas Cage, rebbieħ tal-Oscar, tkellem ukoll dwar jekk jemmenx fil-ħajja wara l-mewt, u stqarr li ħadd ma jaf verament x’jiġri wara l-mewt, iżda ħafna jgħidu li l-elettriku huwa etern għal dejjem, li x-xrara tibqa għaddejja.

Żied jgħid li jaħseb ukoll li kwalunkwe xrar li janima l-ġisem uman, ladarba l-ġisem imut, ix-xrara tkompli għaddejja. Imm jekk dak l-elettriku għandux sens jew le, ħadd ma jista’ jgħid b’ċertezza.

L-istilla tal-films deher fuq il-big screen f’għadd ta’ produzzjonijiet, inklużi Con Air, Gone in 60 Seconds, Face/Off u Ghost Rider.

Fl-irwol l-aktar reċenti tiegħu, offra ħarsa inkredibbli ta’ Dracula, biswit il-ħidma ta’ Nicholas Hoult bħala l-qaddej leali tiegħu, Renfield.

Waqt il-premiere ta’ New York, Nicholas Cage iddettalja kif daħal fil-mentalità ta’ wieħed mill-aktar karattri mistmerr fl-istorja.

Nicholas Cage jistarr ill meta jinterpreta xi karattru, kemm jekk hux f’film drammatiku, jew jekk hux tal-orrur jew tal-fantasija, bħal Renfield, xorta jersaq lejh bl-istess mod u jipprova jifhem il-karattru u jipprova jsib il-verità fil-karattru li jkun se jinterpreta.

Ekonomija

Sport