Sunday, December 22, 2024

L-attur Will Smith jagħmel apoloġija

Aqra wkoll

L-attur Will Smith skuża ruħu ma’ Chris Rock wara x-xenata li għamel fiċ-ċeri­monja tal-Oscars, u qal li l-imġiba tiegħu kienet waħda “mhix aċċettabbli u mhix skużabbli”.

Fi stqarrija li Smith ħareġ fl-aħħar sigħat huwa qal li pubblikament jixtieq jagħmel apoloġija lil Chris Rock u qal li dak li għamel kien żball. L-apoloġija ta’ Smith ħarġet wara li l-akkademja tal-films ikkundannat dan l-inċident u qalet li se tkun qiegħda tanalizza dak li ġara. 

Il-każ seħħ meta Smith ta daqqa ta’ ħarta lil Rock fuq il-palk tal-Oscars, meta dan tal-aħħar għadda ċajta fuq mart Will, Jada Pinkett Smith. Iċ-ċajta kienet dwar il-fatt li Jada kienet b’xagħarha mqax­xar. Jada kellha tagħmel  dan minħabba li ssofri minn kundizzjoni medika. 

L-istarrija ta’ Will Smith tgħid hekk:

“Il-vjolenza f’kull forma tagħha hija velenuża u distruttiva. L-imġiba tiegħi fil-lejl li għadda waqt l-Academy Awards ma kienx aċċettabbli u mhix skużabbli. Ċajt fil-konfront tiegħi huwa parti mix-xogħol li nagħmel, iżda ċ-ċajta fuq il-kundizzjoni medika ta’ Jada kienet wisq għalija u rreaġixxejt b’mod emozzjonali. 

Nixtieq pubblikament nagħmel apoloġija lilek, Chris. Jien kont żbaljat. Ninsab imbarazzat, u l-azzjonijiet tiegħi mhumiex indikazzjoni tal-persuna li nixtieq inkun. Ma hemm l-ebda post għall-vjolenza f’dinja ta’ mħabba u rispett. 

Nixtieq nagħmel ukoll apoloġija lill-Akkademja, il-pro­dutturi tal-ispettaklu, dawk li attendew u lil kull min segwa madwar id-dinja. Nixtieq nagħmel apoloġija lill-familja Williams u lill-familja ta’ King Richard. Għandi rimors li l-imġiba tiegħi tappnet dak li kien vjaġġ glorjuż għalina. 

Jien għandi prodott mhux finalizzat”

Ekonomija

Sport