Friday, October 3, 2025

L-Avukat Ġenerali b’rikonoxximent f’Singapore

Aqra wkoll

L-Avukat Ġenerali ta’ Malta, Dr Victoria Buttigieg, irċeviet Ċertifikat ta’ Mertu waqt il-Konferenza Annwali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Prosekuturi f’Singapore — b’rikonoxximent għall-organizzazzjoni ta’ konferenza reġjonali ta’ livell għoli f’Malta.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Dr Jonathan Attard iddeskriva din il -kisba bħala mument ta’ unur li juri l-impenn tagħna lejn il-ġustizzja u l-kooperazzjoni internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport