Saturday, November 23, 2024

L-Avukat Ġenerali jagħti r-riżenja tiegħu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dr Peter Grech ta r-riżenja tiegħu minn Avukat Ġenerali.

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta aktar kmieni ntqal li l-President George Vella llum irċieva ittra mingħand Dr Peter Grech li fiha għarrfu li se jkun qed jirriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Avukat Ġenerali b’seħħ mid-disgħa ta’ Settembru.

Intant fi stqarrija separata, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Dr Grech għas-servizz li ta lill-Istat Malti. Il-Gvern qal li wara emendi li wettqet din l-amministrazzjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis se jkun qed iwaqqaf Kummissjoni tal-Ħatra li se toħroġ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet skont Kap. 90 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Sport