L-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tal-Qorti li biha twaqqfet l-estradizzjoni ta’ Daniel Meli lejn l-Istati Uniti.
Daniel Meli li għandu 28 sena qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Amerikani biex jiġi investigat dwar biegħ ta’ malware illegali fuq id-dark web u ta servizzi ta’ mentoring fuq dak li jissejjaħ hack forum.
Fil-bidu ta’ dawn il-proċeduri Meli kien aċċetta li jiġi estradit, iżda imbagħad talab biex hu ma jittieħedx lejn l-Istati Uniti. L-avukati tiegħu kienu qalu li hu ma kienx fi stat tajjeb ta’ saħħa mentali meta ta l-kunsens.
Il-ġimgħa li għaddiet il-Maġistrat Leonard Caruana waqqaf l-estradizzjoni ta’ Meli, għax qal li l-prosekuzzjoni ma kinitx ressqet biżżejjed evidenza skont dak mitlub mil-liġi Maltija.