Sunday, December 22, 2024

L-Avukat Ġenerali tal-Isvizzera jappella kontra l-ħelsien ta’ Sepp Blatter u Michel Platini

Aqra wkoll

L-Avukat Ġenerali tal-Isvizzera ssottometta appell kontra l-ħelsein ta’ Sepp Blatter u Michel Platini, l-eks presidenti tal-FIFA u l-UEFA rispettivament. Blatter u Platini ġew liberati mill-akkużi kollha kontrihom wara ġuri fil-Qorti Kriminali Federali f’Bellinzona, b’dak l-eżitu tħabbar f’Lulju li għadda.

Huma kienu ġew akkużati bi frodi u reati oħra mill-awtoritajiet Svizzeri b’rabta ma’ ħlas ta’ 2 miljun frank Svizzeri li għamel Blatter lil Platini fl-2011.

Għal Blatter, kien hemm akkużi ta’ frodi, misapproprjazzjoni, ġestjoni ħażina kriminali u falsifikazzjoni ta’ dokumenti. Platini kien ġie mixli bi frodi, li pparteċipa f’misapproprjazzjoni, li pparteċipa f’ġestjoni ħażina kriminali u li kien iffalsifikat dokumenti.

Iż-żewġ persuni kienu ċaħdu kull aġir ħażin u l-qorti ma sabet xejn ħażin kontra tagħhom. Madankollu, il-kwistjoni għadha ma spiċċatx, hekk kif il-prosekuturi qed jikkontestaw id-deċiżjoni tal-qorti. Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ħabbar li kien talab biex is-sentenza tinqaleb.

Huwa qal: “Aħna nikkonfermaw li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali appella lill-Kamra tal-Appelli tal-Qorti Kriminali Federali fil-perjodu statutorju u applika għall-annullament sħiħ tas-sentenza tal-ewwel istanza.”

L-istqarrija kompliet tgħid biex: “Ma tingħata l-ebda informazzjoni oħra dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-appell. Il-preżunzjoni tal-innoċenza tapplika għal dawk kollha involuti fil-proċeduri.”

Ekonomija

Sport