Sunday, December 29, 2024

L-Avukati ta’ Dr Joseph Muscat jikkontestaw l-ordni ta’ ffriżar ta’ €30 miljun imposta fuqu

Aqra wkoll

L-Avukati li qed jidhru għall-eks Prim Ministru Joseph Muscat ikkontestaw l-ordni ta’ ffriżar ta’ €30 miljun li ġiet imposta fuqu. Din is-somma ġiet imposta b’rabta mal-proċeduri fil-każ tal-Vitals. 

L-Avukati ta’ Dr Muscat qed jargumentaw li l-ammont għandu jkun ibbażat fuq is-€60,000 li jissemmew fl-inkjesta. F’seduta preċedenti li nżammet quddiem l-Imħallef Edwina Grima, l-istess Avukati talbu lill-prosekuturi sabiex jipprovdu evidenza ċara dwar is-somma ta’ €30 miljun. 

Ġie nnutat ukoll kif sitwazzjoni simili kienet irriżultat fit-tneħħija tal-ordni ta’ ffriżar fil-konfront tal-kumpanija Sciacca Grill. F’dak il-każ, il-Maġistrat Rachel Montebello kienet iddeċidiet li ma kienx hemm biżżejjed provi kontra l-kumpanija u għaldaqstant ġiet illiberata. 

L-Avukati sostnew li dan għandu japplika wkoll għall-każ ta’ Dr Muscat. Barra minn hekk, l-avukati li qed jidhru għal Adrian Hillman, argumentaw li ma hemm l-ebda evidenza doumentata kontrih. L-istess bħall-Avukati ta’ Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-kumpaniji FSV u Kasco Engineering li sostnew li l-inkjesta kienet ibbażata fuq “suppożizzjonijiet” u nieqsa minn provi konkreti. 

L-Avukati ħeġġew biex jagħmlu assessjar mill-ġdid tal-provi u talbu lill-Qorti biex tirrevoka l-ordnijiet ta’ ffriżar jekk il-prosekuzzjoni tonqos milli tissostanzja l-ammonti u l-akkużi. 

Ekonomija

Sport