Thursday, November 14, 2024

L-Awstralja bl-akbar żieda ta’ mwiet u każi ġodda ta’ Covid-19

Aqra wkoll

L-Awstralja rreġisrat l-akbar żieda ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 illum, u kif ukoll l-aktar jum li fih mietu nies kaġun tal-virus. Dan hekk kif 549 persuna kienu rapportati bħala li ġew infettati bil-virus, b’10 persuni jmutu kaġun ta’ kumplikazzjonijiet bil-Covid-19 matul il-jum tal-bieraħ.

Il-fatalitajiet kollha, u l-biċċa l-kbira tal-każi ġodda kienu rreġistrati fl-istat ta’ Victoria li fl-aħħar xhur rat żieda fin-numru ta’ każi minkejja li reġgħu ddaħħlu fis-seħħ il-miżurir ta’ social distancing.

Id-djar tal-anzjani f’Victoria huma lok għal tħassin għall-awtoritajiet lokali, bil-biċċa l-kbira ta’ dawk li sfaw vittma tal-Covid-19 ikollhom fuq is-70 u t-80 sena.

Sal-lum Victoria qed tirreġistra aktar minn 600 każi attivi ta’ Covid-19 relatati mal-industrija tal-kura tal-anzjani.

Ekonomija

Sport